|
P.
SEBASTJAN SCICLUNA JMUR F’DAR IL-MISSIER |
|
![]() ![]() |
Kien għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ wara nofsinhar tal-Ħadd, 18 ta’ Diċembru, ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent meta waslet l-aħbar li l-għażiż P. Sebastjan għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Kulħadd kien qiegħed jistenna dan il-mument minħabba l-fatt li f’dawn il-ġranet P. Sebastjan kien l-Isptar Mater Dei u kien magħdur ħafna. Biss is-sensazzjoni li ħassejna kienet li ħalliena wieħed mill-għeżież tagħna li żgur sa jħalli vojt li diffiċli biex wieħed jimlieh. Kif qal tajjeb ħafna l-Ministru Provinċjal, P. Alfred Calleja, fil-prietka tal-funeral dan il-patri kien maħbub minn kulħadd u għamel ħafna opri kemm materjali kif ukoll spiritwali biex iwassal il-Kelma ta’ Alla mad-dinja kollha. Huwa ħadem ħafna fl-artijiet tal-missjoni: fiż-Żambja, fl-Awstralja u f’postijiet oħra, kif ukoll f’Malta. Għal dawn l-aħħar snin kien qiegħed fid-Dar tal-Kleru fejn kien jagħti kontribut ta’ għajnuna lil-Leġjun ta’ Marija. Minn qalbna nirringrazzjaw lil P. Sebastjan tas-servizz tiegħu fl-Ordni u fil-Provinċja, nitolbu għalih u nitolbuh jitlob għalina mis-sema. Agħtih o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. |
|
Copyright © CAK Malta 2011 |